Mara ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart tas-Sibt filgħaxija fi Triq Ġulju.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn Hyundai I10, li kienet qed tinstaq minn Libjan ta’ 55 sena residenti s-Swieqi.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet ċċertifikat li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin