Mara ta’ 36 sena weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart f’Telgħet ix-Xemxija.
Minn stħarriġ preliminari ħareġ li l-mara li toqgħod il-Mellieħa tilfet il-kontroll tal-karozza Nissan Qashqai u ħabtet ġo ħajt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.