Mara ta’ 28 sena mill-Imġarr weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar f’kumpless fi Triq Ħal Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, karozza tat-tip Volkswagen Golf li kienet ipparkjata, mexiet u laqtet lil mara.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.