Mara ta’ 39 sena miż-Żebbuġ Għawdex weġġgħat gravi wara li ntlaqtet minn karozza fir-Rabat Għawdex.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta ta’ nofsinhar nieqes kwart fi Triq Taħt Putirjal.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara intlaqtet minn Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Għajnsielem.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.