Mara ta’ 62 sena residenti ż-Żejtun sofriet minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vann tat-tip Toyota 4Runner misjuq minn raġel ta’ 57 sena resdienti Marsaxlokk.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-07:15 ta’ filgħodu fi Triq Alfredo Cachia Żammit, iż-Żejtun.
Fuq il-post assistew numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku li ħa lill-mra lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.