Mara ta’ 51 sena li tgħix f’Birżebbuġa sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq il-Port Ħieles.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ntlaqtet minn karozza, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 38 sena, li jgħix ukoll Birżebbuġa.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.