Mara ta’ 33 sena weġġgħet gravi wara li nqalbet bil-karozza li kien qed issuq fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ dalgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ rriżulta li l-karozza nqalbet wara ħabtet f’karozza oħra li kienet ipparkjata.
Il-mara ngħatat l-għajnuna mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku. Dan tal-aħħar ħa lill-mara l-isptar.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan l-inċident.