Mara ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġgħet gravi wara li l-karozza li kienet qed issuq ħabtet ma’ vettura oħra misjuqa minn mara ta’ 48 sena li fiha kien hemm ukoll tifla ta’ 12-il sena. Dawn tal-aħħar sofrew minn ġrieħi ħfief.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:45am meta intalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Mikiel Anton Vassalli, f’San Ġiljan.
Fuq il-post taw l-ewwel għajnuna membri tal-Protezzjoni Ċivili u timijiet mediċi li ħadu lit-tliet persuni involuti lejn l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.