Mara ta’ 27 sena residenti l-Iklin sofriet minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija fi Triq Alamein, Pembroke.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn vann Toyota Hi-Ace misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Pembroke u karozza Opel Adam misjuqa mill-vittma.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.