Mara ta’ 62 sena mill-Ħamrun, li kienet qed issuq mutur weġġgħet gravi wara inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq il-Ħotba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur, misjuq mill-mara u trakk, misjuq minn Indjan ta’ 25 sena minn Ħal-Luqa.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei, b’ambulanza.
Il-Pulizija għadddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.