Mara ta’ 39 sena residenti l-Ħamrun weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq tal-Ħandaq.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Belta misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti l-Ħamrun u trakk Isuzu ELF misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħ’Attard. Passiġġiera fit-Toyota kien hemm tfajla ta’ 14-il sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-mara u permezz t’ambulanza ttieħdet l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi. Ir-raġel u t-tfajla ta’ 14-il sena ma sofrewx ġrieħi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin