Mara ta’ 35 sena li tgħix Ħad Dingli weġġgħet gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fl-Imdina.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-8:45 fi Triq Ta’ l-Infetti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza li kienet qed tinstaq mill-vittma u karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 45 sena minn Pembroke.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku, li ħa l-mara l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
