Mara ta’ 40 sena mir-Raħal il-Ġdid weġgħet gravi wara ħabta bejn karozza u mutur f’Santa Luċija.
Il-każ seħħ it-Tnejn għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu fi Triq Dawret it-Torri f’Santa Luċija.
Fuq il-post immedjatament marru l-pulizija, li mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Kia Sportage, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena minn Ħal Tarxien u l-mutur tat-tip Piaggio, li kien qed jinstaq mill-mara.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.