Mara ta’ 35 sena li toqgħod Birżebbuġa weġġgħet gravi wara ħabta bejn karozza u mutur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Birżebbuġa, f’Birżebbuġa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 42 sena u mutur misjuq minn raġel ta’ 42 sena. Fuq dan l-istess mutur kien hemm il-vittma.
Il-vittma ttieħdet l-isptar, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.