Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs, seħħ inċident fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
L-impatt seħħ bejn Fiat Punto misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena residenti Raħal Ġdid u Ford Focus misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena residenti l-Mosta li flimkien miegħu kemm hemm tfajla ta’ 17-il sena residenti l-Mosta ukoll u ġuvni ta’ 22 sena residenti Birkirkara.
Fil-vettura flimkien mat-tfajla ta’23 sena kien hemm mara ta’ 40 sena residenti Santa Lucija u mara oħra ta’ 46 sena residenti x-Xgħajra.
It-tliet persuni li kien hemm fil-Fiat Punto ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’Ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ta’ 40 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda sofri minn ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ nisa l-oħra ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat, għadhom għaddejjin.