Illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu seħħ inċident fi Triq il-Fortizza, Mosta.
Vettura tat-tip Toyota Yaris, misjuqa min mara ta’ 33 sena, residenti l-Mosta, baqet dieħla ġo cint, b’rizultat il-vettura ħadet in-nar.
Il-mara ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikat li qed ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.