Tweġġa’ mara ta’ 44 sena minn Ħal Balzan, għal xi t-tmienja u kwart ta’ dalgħodu (0815hrs), ittieħdet l-Isptar Mater Dei .L-inċident tat-traffiku seħħ fi Triq il-Kannizzata, Ħal Balzan.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn karozza tat-tip Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 23 sena, residenti Ħ’Attard.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.