Mara ta’ 32 sena u toqgħod Għajnsielem, Għawdex, għal xi l-għaxra u kwart ta’ dalgħodu, ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Ford Fiesta, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 78 sena residenti Wied il-Għajn.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.