Mara ta’ 32 sena min-Nadur qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident fin-Naxxar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li fid-9.00 ta’ dalgħodu fi Triq il-Kosta, il-mara kienet barra l-vettura tagħha tat-tip Peugeot, meta għal xi raġuni din imxiet waħedha u kkawżatilha ġrieħi f’saqajha.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.