Mara tqila li kienet qed tivjaġġa fuq il-ferrovija mat-tifla tagħha fi Stokkolma ġiet imkaxkra barra mill-ferrovija.
Dan minħabba li ma kelliex biljett.
Wara argument li l-mara kellha mal-uffiċjali tas-sigurtà, hija ġiet imkaxkra barra mill-ferrovija.
L-aġir irresponsabbli tal-uffiċjali tas-sigurtà qajjem kaos sħiħ fl-Iżvezja.
Il-mara ġiet meħuda l-isptar għall-kura u ż-żewġ uffiċjali ġew sospiżi wara inkjesta.
Il-Pulizija qed ikomplu jinvestigaw minħabba li intużat vjolenza.