Tfajla ta’ 28 sena ġiet akkużata li kkawżat ġrieħi gravi lis-sieħeb tagħha b’daqqa ta’ ġebla waqt argument li kellhom bejniethom.
Il-każ seħħ il-ġimgħa l-oħra fit-tlieta ta’ filgħodu f’San Pawl il-Baħar.
Il-mara li għandha xahrejn tqala b’tewmin, wieġbet mhux ħajta għall-akkużi miġjuba kontriha.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest għaliex l-akkużata għandha fedina penali nadifa u indirizz fiss f’Malta.
Il-Qorti ppreseduta mill-Magistrat Lara Lanfranco, ħelset lill-mara mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li tiffirma tliet darbiet fl-għassa tal-Imsida.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittma u ordnat divjett fuq l-ismijiet.