Ftit tal-mumenti ilu mara tilfet ħajjitha traġikament wara li waqgħet minn gallarija. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-19:15 fi Triq is-Sebħ Birżebbuġa.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili madankollu minkejja l-isforzi kollha l-mara ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/04/04200233/WhatsApp-Image-2022-04-04-at-7.33.38-PM-3-1024x768.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/04/04193812/WhatsApp-Image-2022-04-04-at-7.33.38-PM-1-1024x768.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/04/04193812/WhatsApp-Image-2022-04-04-at-7.33.39-PM-1024x768.jpeg)