Mara ta’ 78 sena tilfet ħajjitha fix-Xewkija Għawdex, wara li għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu ttajret minn karozza tat-tip Nissan March.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 25 sena residenti x-Xewkija.
L-anzjana ttieħdet l-isptar ġenerali ta’ Għawdex u ġiet iċċertifikata mejta aktar tard.
L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Vella Cuschieri, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
Ritratt: CVC