One.com.mt jinsab infurmat li mara 49 sena mill-Gżira, ittieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura, wara li baqgħet dieħla ġo parapett ta’ dar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ waranofsinhar fi Triq R. Caruana Dingli, f’San Ġwann.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.