Awstrijaka ta’ 43 sena ttellgħet mejta mil-baħar viċin il-bajja ta’ San Blas. Kien għal ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu li l-pulizija ġiet imsejħa b’rabta mas-sejba tal-katavru.
Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll tal-Protezzjoni Ċivili li daħlu l-katavru fil-Port tal-Imġarr.
Isejħet ukoll l-għajnuna ta’ tim mediku u tabib tal-emerġenza mill-Isptar Ġeneral t’Għawdex li ċċertifika l-mara mejta.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Monica Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.