Mara ta’ 45 sena miż-Żurrieq weġġgħet ħafif wara li ttajret minn mutur fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 ta’ dalgħodu fi Triq Ħaż-Żabbar, fejn allegatament seħħ każ ta’ hit and run.
Skont stqarrija mibgħuta mill-Pulizija jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur allegatament involut fl-inċident, żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Isla, ġie interċettat minn uffiċjal tal-Pulizija tal-RIU, li ma kienx xogħol, u nzerta kien għaddej minn fuq il-post.
Huwa segwa lis-sewwieq u qallu biex jieqaf, iżda s-sewwieq baqa’ jsuq u għalhekk l-uffiċjal waqqfu billi ġibdu mill-flokk u żammu sakemm waslet iżjed assistenza fil-limiti ta’ Raħal Ġdid.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.