Mara ta’ tmienja u tletin sena minn Ħal Qormi tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjret minn karozza f’Ħal Luqa. L-inċiden seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa tas-Sibt warafnosinhar fi Triq San Vinċenz, Ħal Luqa, meta l-mara ntlaqtet minn karozza tat-tip Toyota Starlet li dak il-ħin kienet qed tinstaq minn raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena mis-Siġġiewi.
Il-mara ttieħdet minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat M.Vella, li ħatret bosta esperti biex jgħinuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.