Għall-ħabta tas-7.25, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Pjazza San Luqa, tal-Pietà.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li mara ta’ 43 sena, residenti l-Marsa, għal xi raġuni sfat milquta minn vettura tat-tip Mazda 323 li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena, residenti l-Għarb.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 43 sena l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.