Mara ta’ 25 sena qed tingħata l-kura għal ġrieħi gravi wara li ttajret f’ Rue d’Argens fil-Gżira.
L-inċident seħħ kmieni wara nofsinhar, meta karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 40 sena minn Birkirkara, laqtet mutur tal-għamla Kymco Agility li kienet qed issuq il-vittma, li hija mill-Maċedonja u tgħix Santa Venera.
Fuq il-post intallbet l-għajnuna tal-Pulizija u ambulanza.