Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ttajret fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:45, meta karozza tat-tip Smart misjuqa minn raġel, tajret lill-mara.
Konsegwenza ta’ dan, karozza tat-tip Toyota li kienet fl-istess karreġġjata, baqgħet dieħla fl-Ismart involuta fl-inċident.
It-triq kienet magħluqa għat-traffiku, fil-preżenza ta’ uffiċjali ta’ Transport Malta li kienu qed jikkontrollaw it-traffiku.
Il-kundizzjoni tal-mara, li hija barranija, għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.