Mara ta’ 64 sena minn Raħal Ġdid tilfet ħajjitha wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Marsa.
L-inċident fatali seħħ illum għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ wara nofshinar fi Triq Azzopardi.
Fuq il-post immedjatament issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li fetħet inkjesta filwaqt li
l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.