14:55: Il-Pulizija kkonfermat li l-vittma li dalgħodu tilfet ħajjitha f’inċident f’San Ġiljan hi tfajla Rumena ta’ 19-il sena residenti l-Italja.
Aktar Qabel: Il-jum sebaħ fuq nota traġika hekk kif mara tilfet ħajjitha wara li kmieni filgħodu ntlaqtet minn taxi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs taħt il-mini ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli direzzjoni lejn San Ġiljan.
Stħarriġ preliminari wera li l-mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ disgħa u ħamsin sena mill-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.