Karkariża ta’ 70 sena tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda fil-baħar fl-inħawi tat-Torri ta’ Wignacourt, f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa bajja fl-inħawi tat-Torri ta’ Wignacourt, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar. Hija ngħatat l-ewwel għajnuna minn membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar sakemm waslet l-ambulanza.
Sfortunatament, il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.