Ingliża ta’ 43 sena tilfet ħajjitha wara li kienet qed togħdos f’Għawdex.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija wrew li għall-ħabta tat-15:00 il-mara kienet qiegħda togħdos ma’ grupp fl-akwati tax-Xatt l-Aħmar, fil-limiti ta’ Għajnsielem, Għawdex.
Meta telgħet fuq id-dgħajsa, għal xi raġuni intilfet minn sensiha.
Minnufih il-mara ttieħdet il-Port tal-Imġarr, u minn hemm għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza. Fl-Isptar il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji, u iktar tard tilfet ħajjitha.
Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.