Mara ta’ 45 sena li toqgħod l-Imġarr tilfet ħajjitha traġikament wara inċident bil-mutur fir-Rabat.
L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, fi Triq l-Imdina.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-mara tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq, tat-tip Yamaha, u waqggħet.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Sfortunatament, il-mara ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.