Mara ta’ 70 sena residenti Ħal Qormi sofriet ġrieħi gravi wara li raġel ta’ 23 sena residenti Ħad-Dingli, kien qed jirriversja vettura tat-tip Fiat Doblo meta għal xi raġuni laqat lil mara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.40a.m fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.