Mara ndarbet serjament waqt li kienet fi protesta kontra l-kolp ta’ stat militari fil-Myanmar. Rapport fil-midja qalu li hija ntlaqtet minn tir f’rasha u li bħalissa tinsab f’qagħda kritika.
Il-pulizija qed iżidu l-forzi tagħhom biex iwaqqfu nies milli jipparteċipaw fil-protesti permezz tal-kanuni tal-ilma u balal tal-lastku, madanakollu s’issa għad ma kien hemm l-ebda vittmi.
Intant, id-dimostrazzjonijiet reġgħu tkomplew l-Erbgħa filgħodu għall-ħames jum konsekuttiv.