Mara li ħallset £46 għal titjira lejn Kreta baqgħet imbellħa kif spiċċat kienet l-unika passiġġiera abbord l-ajruplan.
Karon Grieve minn Dunlop f’Ayrshire ddeskriviet kif l-ajruplan li kienet fuq minn Glasgow, li normalment ikun hemm abbord madwar 189 passiġġier, kien vojt.
Grieve li marret Kreta biex tkompli tikteb ktieb dwar il-kriminalita’ qalet li meta waslet l-ajruport indunat li kien hemm ftit passiġġieri għat-titjira tagħha u saret taf li kienu biss tliet passiġġieri li bbukjaw it-titjira.
Iżda ġara li meta telgħet abbord, iż-żewġ persuni l-oħra ma tfaċċawx bit-titjira tkun esklussivament għaliha.