Mara ta’ 34 sena nżammet arrestata wara li kienet qed titlajja barra wara d-disa’ ta’ filgħaxija.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Godwin Scerri qalet kif hija ma kkoperatx mal-pulizija wara li allegatament kienet qed titlajja fil-Gżira u l-Marsa.
Fil-Qorti ntqal ukoll kif hija kienet ilha ma tmur tiffirma l-għassa minn Jannar wara li kellha diversi kundizzjonijiet imposti fuqha minn każ ieħor.
Hija wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.