Mara ta’ 56 sena residenti Ħal Luqa sofriet minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza tat-tip BMW 320D misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-09:45 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
Fuq il-post assistew uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku li ħa lill-vittma lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet grazi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.