Mara ta’ 41 sena mill-Floriana ntlaqtet minn vettura tal-għamla Ford Fiesta li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 79 sena, residenti Santa Venera. Il-pulizija tad-distrett issejħu fuq il-post. L-inċident seħħ fi Triq Abela Skola fil-Ħamrun.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.