Mara ta’ 34 sena nstabet ħatja li waddbet sikkina lil żewġha u li kawża ta’ hekk weġġgħetu ħafif f’idu fix-Xewkija, f’Għawdex.
Fil-Qorti ntqal li l-inċident seħħ f’Settembru tal-elfejn wieħed u għoxrin wara li żviluppa argument bejn il-koppja. Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, ħareġ li l-mara, Charlene Nadine Spiteri, bdiet tissotta l-oġġetti lil żewġha.
Fuq il-pedana tax-xhieda, il-vittma allega li martu qatlu “I will stab you! I will kill you! I will throw you out of the balcony!”. Hu anke allega li sakkritu fil-gallarija.
Meta ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Qorti nnotat li tali kliem ma kienx ġie indikat fir-rapport li sar lill-Pulizija.
Il-Qorti sabet lill-mara ħatja u ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn.