Inċident mhux tas-soltu ħasad il-ħajja ta’ mara minn New Zealand wara li blast qawwi li ħareġ minn ajruplan li kien qed jittajjar fit-territorju ta’ Sint Maarten sabbat lil mara mal-art.
Dan l-inċident traġiku seħħ fl-ajruport ta’ Princess Juliana International li jinsab viċin ta’ bajja ffrekwentati minn bosta nies. Dan għaliex, il-persuni li jkunu f’din il-bajja jistgħu jgawdu x-xena tal-ajruplan jinqata’ mill-art. Fuq din il-bajja l-ajruplani jtiru fil-baxx ħafna speċjalment fl-inżul tagħhom.
Xena li swiet il-ħajja ta’ din il-mara hekk kif minkejja li bdiet iżomm mal-ilqugħ, s-saħħa tal-magni tal-ajruplan waslet biex il-mara tinstabat mal-art u ġarrbet ġrieħi gravi. Minkejja li ttieħdet l-isptar għall-kura hija mietet ftit tal-ħin wara.
Fuq il-bajja ta’ Maho hemm numru ta’ sinjali ta’ twissija biex it-turisti ma joqogħdux mal-ilqugħ li hemm fuq il-bajja hekk kif l-arja b’saħħitha li toħroġ mill-magni tal-ajruplan hija perikoluża ħafna.