Mara nqatlet u wieħed u għoxrin persuna oħra ndarbu waqt sparatura li seħħet fi tmiem il-parata tat-Tim ta’ Kansas City Chiefs, fl-okkażjoni tar-rebħ tas-Super Bowl.
Here is the moment the gunfire broke out at the Kansas City Chiefs Superbowl Parade.
— Byron (@1ByronWileyAmy1) February 15, 2024
Why bring rifles and shoot with so many innocent bystanders in a crowd!!???#ChiefsParade #KansasCitypic.twitter.com/HPcIwKT1MK
Id-dipartiment tal-pulizija qal li tnejn u għoxrin persuna ntlaqtu mit-tiri, u li fosthom inqatlet mara, li ġiet identifikata bħala Lisa Lopez-Galvan, li kienet tippreżenta programm fuq ir-radju. Fost il-midruba hemm ukoll disat itfal, li fortunatament ma ġarrbux feriti serji. Tmien persuni jinsabu fil-periklu li jitilfu ħajjithom filwaqt li seba’ persuni oħra għandhom il-kundizzjoni tagħhom pendenti.
Il-Pulizija qalu li arrestaw tliet persuni li qed jitqiesu bħala suspettati ta’ din l-isparatura.
Plejers ta’ Kansas City Chiefs sellmu l-memorja tal-vittma u qalu li jinsabu mnikkta b’dan l-attakk.