Il-Ħamis, il-pulizija flimkien mad-Dwana qabdu mara li bdiet tbiegħ 1,560 sigarett tal-kuntrabandu mill-karozza tagħha fir-Rabat.
Il-pulizija kompliet tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha, fid-dar tal-mara u fil-bar tagħha fil-Ħamrun.
Il-mara ġiet arrestata, filwaqt li l-karozza u s-sigaretti ġew ikkonfiskati.