Ċensina Borg ta’ 59 sena minn San Pawl il-Baħar nstabet ħatja li serqet iPad.
Fit-22 ta’ Lulju li għadda, l-akkużat flimkien ma’ binha serqet basket tal-konsulent Mark Formosa mill-isptar Mater Dei li kien fih iPad.
F’seduta ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, Borg ġiet akkużata b’serq, kif ukoll li ppruvat tbiegħ oġġett misruq.
Hija wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Mario Xiberras irtirat l-akkuż li hija riċediva.
Il-mara nstabet ħatja ta’ serq. Il-Maġistrat Gabriella Vella tatha sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.