Ruth Borda ta’ 35 sena ngħatat sentenza ta’ 9 xhur ħabs u multa ta’ €850 wara li nqabdet bid-droga eroina u kokaina li ma kinux għall-użu personali tagħha. Waqt l-għoti tas-sentenza, il-Qorti nnutat ukoll li Borda kienet diġà tressqet il-Qorti b’żewġ akkużi ta’ serq.
Jidher li l-akkużata ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha fi stadju bikri, u kkoperat mal-Pulizija fil-ħin tal-arrest, tant, li kapaċi jitressqu aktar persuni l-Qorti.
Il-Qorti nnutat ukoll li Borda għandha l-vizzju tad-droga, u talbet lill-awtoritajiet tal-ħabs jagħtuha l-għajnuna li għandha bżonn.