Mara ndarbet gravi f’inċident mhux tas-soltu wara li nqabdet bejn żewġ vetturi f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ f’Palm street f’Raħal Ġdid għall-ħabta tal-11:45 meta mara ta’ 51 sena residenti l-Mosta sfat milquta minn vettura tat-tip Volkswagen Polo li kienet qegħda tinstaq minn raġel Niġerjan ta’ 32 sena residenti Ħal Tarxien.
Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei kawża tal-ġrieħi li ġarrbet fejn ġiet iċċertifikata li qed issori minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Ritratti: Conrad Neil Gatt