Mara ta’ 72 sena ndarbet gravi wara li wara li ntlaqtet minn vettura fil-Mellieħa
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ waranofsinahr fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li mara ta’ 72 sena sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqtet minn vettura tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 74 sena. Iż-żewġ persuni huma residenti l-Mellieħa stess.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lil mara l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.