Mara ta’ 27 sena mit-Turkija u residenti Tas-Sliema ndarbet serjament wara li tilfet il-kontroll tal-e-kick scooter li kienet qed issuq u nqalbet.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn wara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li fetħet inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.